Statement by the Hibernians Football Club Executive Committee

Il-Kumitat Eżekuttiv ta’ Hibernians Football Club jixtieq jirringrazzja minn qalbu lil dawk kollha li f’dawn l-aħħar jiem tant diffiċli waqfu għal ftit mumenti mal-club, b’mod partikolari mal-familja tal-President, Tony Bezzina.

 

Id-dimostrazzjoni ta’ mħabba li rajna matul din il-ġimgħa għas-sur Bezzina, mill-partiti politiċi, għall-Malta Football Association, is-Sindku u l-Kunsill Lokali, il-Kappillan u l-Parroċċa, is-soċjetajiet tal-banda u l-għaqdiet volontarji kollha ta’ Raħal Ġdid kif ukoll ta’ lokalitajiet oħra, hija xiehda ħajja tar-rispett li kien igawdi matul ħajtu il-President.

 

Il-club jingrazzja lil mezzi tax-xandir kollha, li minkejja l-fatt li huma mħabbtin ħafna u l-ħin li għandhom huwa limitat, sabu mezz biex jonoraw il-ħajja tas-sur Tony. Ringrazzjament imur ukoll lill-clubs u l-assoċjazzjonijiet membri tal-MFA, nies tan-negozju u persuni oħra mill-komunita’ ta’ Raħal Ġdid u lil hinn minnha, kif ukoll il-plejers, coaches, amministraturi u supporters kemm tal-passat u kemm tal-preżent.

 

Inroddu ħajr lil kull min kien viċin tal-familja Bezzina u tal-club tagħna f’dan il-mument diffiċli.

 

Grazzi,

Stephen Abela

Segretarju Onorarju

Hibernians F.C.

 

STAQRRIJA RINGRAZZJAMENT HIBERNIANS F.C.

One comment

  1. Bix- xieraq li jsir monument, jew tisema xi triq, jew ahjar haga li l-ground igib ismu.: TONY BEZZINA STADIUM,
    grazzi u tislijiet
    Emmanuel

Comments are closed.