Laqgħa Ġenerali Annwali 2019-2020
Ghaziż Membru,
Peress li l-Att Legali 101 tal-2020, li jipproxbixxi organizzazjoni ta’ avvenimenti f-postijiet pubbliċi jew privati għadu fis-seħħ , il-Laqgħa Ġenerali tal-klabb se jkollha tiġi posposta għal data oħra wara li l-Awtoritajiet tal-pajjiż ikunu neħħew ir-restrizzjonijiet għall-attivitajiet tal-massa.
Ngħarrfek li l-Malta Football Association , permezz ta’ ċirkolari 109-2019/20 għada kif avzat lill-klabbs membri li l-Laqgħat Ġenerali Annwali 2019-2020, għandhom isiru sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2020, pero’ aċċettat li sakemm jiġi rtirat l-avviż legali fuq imsemmi, hija ser taċċetta li l-laqgħa ġenerali issir iktar ‘il quddiem għal data wara t-tneħħija tal-avviż legali.
Il-Kumitat se jkun qed jimxi mal-istruzzjonijiet maħruġa mill-MFA u se jkun qed jinforma lill-Assoċjazzjoni li għal-staġun 2020-2021, se jkun qed jikkonferma l-membri kollha tal-Kumitat Eżekuttiv 2019/2020 , inkluż dawk li kienu ġew eletti għall-staġun wieħed. B’hekk it-terminu tal-kariga se jiġi estiż sa l-aħħar tal-istaġun 2020/2021, jew sakemm ikun possibli li jsiru elezzjonijiet, dan skond l-linji gwida tal-MFA u l-avviż legali fuq imsemmi.
Stephen Abela
Hon.Secretary
Hibernians FC