Hibernians appoint Carmel Busuttil as Hibs Youth Academy Technical Director

Il-Youth Academy tal-Hibernians FC, jixtieq iħabbar li laħaq ftehim ma’ Carmel Busuttil biex għall-istaġun 2020/2021 ikun Youth Technical Director.

Carmel Busutill li zgur ma għandu bżonn ta’ l-ebda introduzzjoni fix-xena tal-futbol lokali u zgur ser ikun ta’ kontribut siewi, huwa ser ikun qed jaħdem id f’id mal-Head Coach Darren Casha, li matul dawn l-aħħar staguni għamel xogħol siewi, sabiex iż-żgħażagħ tagħna jinghataw l-aħjar tagħlim possibbli.