Club Statement

B’referenza għad-deċiżjoni motivata tal-Malta FA Protest Board tal-1 ta’ Frar 2024, jirrizulta li l-Klabb tagħna ippreżenta għadd ta’ dokumenti, u għamel referenza dettaljata għar-regolamenti tal-MFA, tal-FIFA, u d-deċiżjonijiet tal- Court of Arbitration for Sport (CAS).

 

Fil-mertu, il-Klabb tagħna ngħata r-raġun tant li l-Malta FA Protest Board irrikonoxxa illi l-plejer ma skontax is-sospensjoni kollha li huwa kellu jiskonta skont ir-regolamenti. B’hekk, inħoloq preċedent serju kontra l-integrità tal-logħba.

 

Huwa prinċipju sagrosant ta’ dritt sportiv li klabb huwa dejjem responsabbli għall-eġilibilità tal-player tiegħu, kif sostnut fir-regoli tal-MFA, tal-FIFA u f’numru kbir ta’ deċiżjonijiet tal-CAS. Dawn ġew ilkoll mgħoddija lill-Bord, li iżda iddeċieda mod ieħor.

 

Fid-deċiżjoni tal-Malta FA Protest Board, intqal bla ebda riservi li l-MFA ammettiet illi għamlet żball, minħabba li naqset milli tindika fis-sistema TMS li l-Plejer kellu sospensjoni x’jiskonta. Il-Klabb josserva illi din l-ammissjoni tal-MFA dwar in-nuqqasijiet gravi tagħha ma saritx fis-seduta quddiem l-MFA Protest Board, u allura, saret preżumibiliment fil-privat mingħajr mal-klabbs parteċipi fis-smigħ kellhom l-opportunità jikkonfrontaw din l-istqarrija waqt is-seduta tal-Board.

 

Bid-deċiżjoni tal-Board, l-iżball li ammettiet li għamlet l-MFA se jkun qiegħed ibatih il-Klabb tagħna.

 

Fid-dawl tal-fatt illi dan il-każ kollu twieled minn żball gravi tal-Assoċjazzjoni, il-Klabb qiegħed jistenna r-reazzjoni tal-istess MFA u d-deċiżjonijiet tagħha dwar dan, inkluż kif se jġorr ir-responsabbiltà is-Segretarju Generali.

 

Fl-ahharnet il-klabb taghna jirriserva d-dritt li jiehu dawk l-passi kollha necessarji li għandu jiehu biex jissalvagwardja l-interessi tieghu.